Wednesday 8 April 2009

What's Left Seminar


Seminar fil 11ta’ April fuq l-idejologija u l-prattika tax-Xellug organizzat mil-GWU YOUTHS

Il-GWU Youths, bl-appogg ta’ diversi ghaqdiet taz-zghazagh b’orjentazzjoni xellugija f’pajjizna, se tkun qed torganizza it-Tielet Seminar Nazzjonali bit-tema ‘What’s Left?’ – ibbazat fuq gurnata, fejn tigi diskussa l-ideologija tax-xellug u kif din hi mhaddma f’Malta, fl-UE u lil hinn. Din l-attivita’ se ssir is-Sibt 11 t’April 2009 fil-bini tal-GWU il-Belt Valletta. Is-seminar se jibda fit 8.30 u jispicca qrib it-3 pm.


Is-seminar ser jinkludi prezentazzjonijiet u diskorsi imtella’ mill-ghaqdiet taz-zghazagh, partiti politici, mil-GWU u wkoll individwi mill-kamp akkademiku. Kull prezentazzjoni hi intenzjonata li ddum ftit inqas min tletin minuta, segwita b’diskussjoni qasira fejn hu allokat hin ghall-mistoqsijiet u kummenti min dawk prezenti. Ic-chairperson ghall din l-attivita sejjer ikun is-sur Michael Parnis.

What’s Left se jkun miftuh ghall-pubbliku generali u minghajr hlas. Certifikat ta’ partecipazzjoni se jinghata lil dawk li jattendu ta’ l-anqas 70% tas seminar. L-ghaqdiet li sej kunu qed jappogjaw din l-attivita huma: Forum Zghazagh Laburisti, Alternattiva Demokratika Zghazagh, PULSE, Zminijietna Zghazagh tax-Xellug, Moviment Graffitti, Greenhouse, Koperattiva Kummerc Gust u Kolletiv Independenti Ir-Realta'. Dak in-nhar l-ghaqdiet msemmija sej kunu qed juru xi materjal taghhom gewwa l-istess sala. Din l-attivita hija appogjata ukoll mill-Fundazzjoni Reggie Miller tal-GWU.

Il-kelliema huma: Mr. Tony Zarb, Mr. Geitu Mercieca, Dr. Toni Abela, Dr. Arnold Cassola, Hon. Mr. Evarist Bartolo, Mr. Michael Briguglio, Mr. Chris Cutajar, Mr. Andre’ Callus u Mr. Mark Camilleri. Is-suggetti tal presentazzjonijiet sej varjaw bejn Ix-Xellug fis-seklu Wiehed u Ghoxrin, It-Trejdjunjonizmu u l-Politika: X'relazzjoni ghandu jkun hemm?, Ix-Xellug u l-Imigrazzjoni, il-Media u x-Xellug f’Malta, Ix-Xellug fis-Socjeta Civili, u suggetti ohrajn. Se jinstema’ ukoll diskors esklussiv rekordjat ta’ Dr. Joseph Muscat li huwa se jaghmel apposta ghall din l-attivita.

No comments:

Post a Comment